Mill-inqas tnejn sfaw mejta filwaqt li madwar 25 persuna oħra sofrew xi ġrieħi wara li allegatament tliet persuni niżlu minn Nissan Pathfinder u qabdu jisparaw fuq in-nies li kien hemm fuq barra ta’ El Mula Banquet Hall, fi Florida kmieni dalgħodu fejn fuq ġewwa kien qed isir kunċert.
Jidher li t-tnejn li s’issa ġew irraportati mejta, tilfu ħajjithom fuq il-post filwaqt li l-kumplament tal-vittmi ttieħdu f’diversi sptarijiet biex jingħataw il-kura għall-ġrieħi li ġarbu.
S’issa għadhom ma saru l-ebda arresti hekk kif għaddejja tfittxija għat-tliet persuni li sparaw. Il-mottiv wara dan l-att għadu mhux magħruf.