Fl-Euro 2020 se nkunu qed naraw numru ta’ kowċis li se jkunu qed jagħmlu d-debutt tagħhom f’din il-kompetizzjoni kif ukoll oħrajn li diġa mexxew xi nazzjon f’dan it-tournament.
Franco Foda (Awstrija) – Foda li għandu 55 sena u li huwa Ġermaniż, ilu kowċ tal-Awstrija sa mill-2018 u b’hekk din se tkun l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali tiegħu fejn fiha se jkun qed imexxi lit-tim Awstrijak.Roberto Martinez (Belġju) – Martinez li għandu 47 sena ilu kowċ tal-Belġju sa mill-2016 fejn fil-passat mexxa numru ta’ clubs fil-Premier League fosthom Everton u Swansea. Fit-Tazza tad-Dinja tal-2018, Martinez kien wassal lill-Belġju sat-tielet post.Zlatko Dalic (Kroazja) – Dalic li għandu 54 sena ilu fit-tmexxija tat-tim Kroat sa mill-2017. Fil-passat Dalic kien ukoll player fejn matul il-karriera tiegħu fost il-clubs li lagħab magħhom kienu Hajtuk Split u Varteks li quddiem kien ukoll kowċ tagħhom.Jaroslav šilhavý (Repubblika Ċeka) – šilhavý li għandu 59 sena ilu fit-tmexxija tar-Repubblika Ċeka sa mill-2018, fejn fil-passat bejn l-2001 u l-2009 kien ukoll assistent coach tat-tim nazzjonali. jaroslav šilhavý kien ukoll coach ta’ numru ta’ timijiet fir-Repubblika Ċeka.Kasper Hjulmand (Danimarka) – Hjulmand ilu mis-sena li għaddiet kowċ tad-Danimarka. Il-kowċ ta’ 49 sena fil-passat mexxa bosta timijiet kemm fid-Danimarka kif ukoll fil-Ġermanja. Hjulmand ħa post il-coach Age Hareide li kien ilu jmexxi lit-tim Daniż sa mill-2016Gareth Southgate (Ingilterra) – Gareth Southgate li għandu 50 sena ilu fit-tmexxija tat-tim Ingliż sa mill-2016 fejn qabel kien kowċ tat-tim tal-21 sena tal-Ingilterra wkoll. Southgate bħala player lagħab ukoll 57 għal pajjiżu.Markku Kanerva (Fillandja) – Kanerva li għandu 57 sena ilu nvolut mat-tim nazzjonali tal-Fillandja sa mill-2004 hekk kif kien kowċ tat-tim ta’ taħt il-21 sena sal-2010, fl-2011 nħatar assistent kowċ tat-tim nazzjonali A biex fl-2016 nħatar kowċ.Didier Deschamps (Franza) – Deschamps li għandu 59 sena ilu kowċ ta’ Franza sa mill-2012, fejn probabilment dan se jkun l-aħħar tournament għalih. Fil-passat Deschamps mexxa wkoll lil Monaco u Juventus fost l-oħrajn. Fl-2018 kien wassal lil Franza għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja.Joachim Low (Ġermanja) – Low li għandu 61 sena ilu fit-tmexxija tal-Ġermanja mill-2006, fejn qabel kien ukoll assistent kowċ. Dan se jkun l-aħħar tournament għal Low hekk kif ħabbar li wara l-Euro 2020 se jkun qed jirriżenja. Mal-Ġermnja, Low kien rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2014.Marco Rossi (Ungerija) – Rossi li għandu 56 u huwa Taljan ilu jmexxi lill-Ungerija sa mill-2018. Fil-passat mexxa wkoll diversi timijiet anke fl-Italja fosthom Spezia u Scafatese.Roberto Mancini (Italja) – Mancini li għandu 56 sena ilu fit-tmexxija tal-Italja sa mill-2018. Fil-passat Mancini mexxa bosta klabbs madwar l-Ewropa fosthom Inter, Manchester City u Lazio.Frank de Boer (Olanda) – de Boer li għandu 51 sena ilu fit-tmexxija tat-tim nazzjonali Olandiż sa mis-sena li għaddiet wara li ħa post Ronald Koeman. Fil-passat, de Boer kien ukoll koeċ ta’ Inter, Ajax u Crystal Palace u bejn l-2008 u l-2010 kien ukoll assistent kowċ tal-Olanda.Igor Angelovski (Maċedonja)– Angelovski li għandu 44 sena huwa wieħed mill-iżgħar kowċis f’din l-edizzjoni tal-Euro 2020 iżda fost l-aktar ta’ esperjenza hekk kif ilu kowċ tal-Maċedonja sa mill-2015.Paulo Sousa (Polonja) – Sousa li għandu 50 sena ilu kowċ tal-Polonja sa minn Jannar li għadda fejn ħa post Jerzy Brzeczek. Il-kowċ Portugiż mexxa bosta klabbs minn madwar l-Ewropa fosthom, Bordeaux, Fiorentina u Leicester City.Fernando Santos (Portugall) – Santos ilu fit-tmexxija tal-Portugall sa mill-2014. Hu l-unika kowċ f’din il-kompetizzjoni li rebaħ dan l-unur bħala kowċ u b’hekk se jkun qed jittama li jiddefendi t-titlu li kiseb mal-Portugall stess fl-2016.Stanislac Cherchesov (Russja) – Cherchesov li għandu 57 sena ilu jmexxi lir-Russja sa mill-2016 fejn fil-passat kien ukoll player fejn lagħab 39 darba għall-pajjiżu. Cherchesov mexxa wkoll numru ta’ timijiet fir-Russja u fil-Polonja fosthom Dyanmo Moscow u Legia WarsawSteve Clarke (Skozja) – Clarke li għandu 57 sena ilu jmexxi lill-Skozja sa mill-2019. Fil-passat kien assistent ta’ bosta kowċis ma’ Chelsea u ma’ Liverpool qabel ma sar kowċ ta’ West Brom, Reading u Aston VillaStefan Tarkovic (Slovakkja) – Tarkovic li għandu 48 sena ħa f’idejh lit-tim Slovakk fl-2018 fejn wara li għamel perjodu ta’ ħames snin bħala assistent kowċ, ħa l-irwol ta’ kowċ.Luis Enrique (Spanja) – Enrique li ilu kowċ ta’ Spanja sa mill-2018 għandu 51 sena. Fil-passat Enrique mexx lil bosta klabbs fosthom lil Barcelona, Celta Vigo u Roma.Janne Andersson (Żvezja) – Anderrson li għandu 58 sena huwa wieħed mill-akbar kowċis f’din il-kompetizzjoni. Hu beda jmexxi lill-Iżvezja fl-2016 fejn fil-passat mexxa numru ta’ timijiet fl-Iżvezja stess qabel ma sar kowċ tat-tim nazzjonali.Vladimir Petkovic (Żvizzera) – Petkovic li għandu 57 sena ilu kowċ tal-Iżvizzera sa mill-2014 fejn din se tkun it-tieni edizzjoni li se jkun qed imexxi lil dan it-tim. Petkovic fil-passat kien ukoll kowċ ta’ Lazio fost l-oħrajn.Senol Gunes (Turkija) – Gunes se jkun l-akbar kowċ f’din il-kompetizzjoni. Hu ilu kowċ tat-Turkija sa mill-2019. Fil-passat, Gunes mexxa għadd ta’ timijiet fit-Turkija fosthom lil Besiktas u Trabzonspor. Din hija t-tieni esperjenza fit-tmexxija tat-Turkija hekk kif kien ukoll kowċ bejn s-sena 2000 u l-2004Andriy Shevchenko (Ukranja) – Shevchenko li għandu 44 sena ilu fit-tmexxija tal-Ukranja sa mill-2016 fejn ħa f’idejh it-tmexxija tat-tim mingħand Mykhalo Fomenko. Shevchenko jibqa’ l-aktar imfakkar għal karriera mill-aqwa li kellu bħala player fejn fost l-oħrajn lagħab ma’ Milan u Chelsea.Robert Page (Wales) – Page li għandu 46 sena se jkun il-kowċ ta’ Wales għal din l-Euro 2020 hekk kif hu jinsab kowċ caretaker wara li l-kowċ Ryan Giggs qed jaffaċċja akkużi serji fil-Qorti. Page sar kowċ ta’ Wales fl-2020 u fil-passat kien ukoll kowċ tat-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Wales. //= $special ?>
X Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar. Meta tagħfas "Naċċetta" tkun qed tagħti l-kunsens tiegħek għal użu tal-cookies kollha. Tista' ukoll tagħfas Cookie Settings biex tagħżel liema cookies iżżomm fuq dan is-sit. Aqra AktarNAĊĊETTACookie settings
Manage Cookies
Regoli tal-Privatezza
Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar. Il-cookies li huma klassifikati bħala neċessarji qed jiġu miżmuma fuq l-browser tiegħek biex nassiguraw li l-funzjonijiet bażiċi ta' dan is-sit jaħdmu sew. Dan is-sit ukoll juża cookies oħra li jgħinu fl-analiżi ta' kif qed jaħdem. Int tista' tiddeċiedi li ma tħallix dawn l-cookies jiġu miżmuma fuq l-browser tiegħek.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
Cookie
Duration
Description
cookielawinfo-checbox-analytics
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-functional
11 months
The cookie is set by GDPR cookie consent to record the user consent for the cookies in the category "Functional".
cookielawinfo-checbox-others
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Other.
cookielawinfo-checkbox-necessary
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies is used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
cookielawinfo-checkbox-performance
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Performance".
viewed_cookie_policy
11 months
The cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether or not user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.