Sport Sport Ieħor

Naomi Osaka tista’ titkeċċa mir-Roland Garros

(Ritratt: EPA)

It-tennista Ġappuniża-Amerikana Naomi Osaka qed tirriskja li tiġi mkeċċija mill-Open ta’ Franza wara li aktar kmieni din il-ġimgħa ħabbret li mhux se tkun qed tagħti kummenti lil-midja wara l-partita tagħha. Madankollu wieħed mill-organizzaturi tar-Roland Garros qal li minbarra li se tkun immultata £10,570 għall-kull partita, Osaka tsita’ titkeċċa mill-Grand Slam.

L-oraginzzaturi talbu lil Osaka tirrikonsidra l-posizzjoni tagħha u qalu li jekk se tkompli tinjora lil-midja matul it-turnament se taffaċja aktar passi dixxiplinarji. Sadanittant Osaka rebħet lil Patricia Maria Tig fl-ewwel round bi skor ta’ 6-4 7-6 (7-4).