Robert Abela jibqa’ ma jirrikonoxxix is-serq li qed iwettaq fil-konfront tal-poplu Malti fil-mekkaniżmu li bih jinħadmu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Għal dawn l-aħħar tmien snin il-Gvern Laburista seraq xejn inqas minn €50 miljun mill-poplu Malti. Min-naħa l-oħra gvern ġdid mmexxi minn Bernard Grech se jkun qed irodd lura dak li hu bi dritt tal-poplu Malti u Għawdxi.
Robert Abela ftaħar ukoll dwar l-ambjent, minkejja li ministru tal-Gvern tiegħu stess responsabbli mill-Ambjent Aaron Farrugia qal li għall-Partit Laburista l-ambjent ma kienx prijorità.
Robert Abela irid jieqaf ikun surreali u minflok jagħraf li fir-realtà pajjiżna jrid tmexxija onesta u li
verament tieħu ħsieb l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin.