Lokali

Reazzjonijiet pożittivi għall-proposti ‘Għal Detenzjoni b’Dixxiplina u Dinjità’ tal-PN

Wara li fl-aħħar jiem il-Partit Nazzjonalista nieda l-proposti bit-titlu ‘Għal Detenzjoni b’Dixxiplina u Dinjità’, aktar personalitajiet qed ikomplu joħorġu reazzjonijiet pożittivi għal dawn il-proposti.

Mal-gazzetta ILLUM, il-prezentatur Peppi Azzopardi stqarr li dawn il-proposti huma xhieda ċara li saru għas-sewwa u mhux ghall-popolizmu. Peppi Azzopardi faħħar fost oħrajn il-proposta li dawk il-priġunieri b’mard serju u dawk anzjani ma jkomplux jiskontaw is-sentenza ta’ ħabs.

Minn naħa tieghu, Charles Mifsud mill-Fondazzjoni RISe qal li dawn il-proposti jagħtu dinjità u ħajja ġdida lill-priġunieri. Mifsud saħaq li priġunier għandu jitlef biss il-libertà u mhux id-dinjità biex b’hekk ikun applikat il-kunċett tar-rijabilitazzjoni u rintegrazzjoni.

Fost il-proposti hemm ukoll dik li tagħti importanza biex ikun hemm aktar kundizzjonijiet umani għall-priġunieri, liema proposta Mifsud jemmen li hi waħda tajba ħafna hekk kif wieħed għandu jingħata id-drittijiet bħal kull bniedem ieħor.

Mifsud kompla jgħid li fil-konfront tal-priġunieri, minflok jingħataw kastig, wieħed għandu jindirizza u jassigura li malli jtemmu s-sentenza, dawn ma jerġgħux jaqgħu għall-kriminalità.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech fl-aħħar jiem żar lil din il-Fondazzjoni u sema’ d-diversi sitwazzjonijiet tal-persuni li jkunu resqin lejn l-ahhar parti tas-sentenza taghhom.

Il-Kap tal-PN qal illi rridu naraw li mhux biss ikun hemm proċess legali ġust u mhux imtawwal, imma li dak il-bniedem li jintbagħat il-ħabs jiġi riformat sabiex meta joħroġ mill-faċilitá ta’ Kordin, is-soċjetá tilqgħu mingħajr stigma u jkun jista’ jerġa’ jintegra mill-aktar fis possibbli.

Il-proposti f’aktar dettall:

Ikkummenta