EURO 2020 Sport

Rubin Colwill imsejjaħ għall-ewwel darba fl-iskwadra ta’ Wales

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena Rubin Colwill kien imsejjaħ għall-ewwel darba mal-iskwadra ta’ Wales hekk kif se jkun wieħed mis-26 player li l-kowċ Robert Page sejjaħ għall-Euro 2020.

Gareth Bale u Aaron Ramsey ukoll kienu msejħa minn Page hekk kif l-esperjenza tagħhom se tkun strumentali fil-partiti tagħhom minn Grupp A. B’sorpriża, l-attakkant ta’ esperjenza Hal Robson-Kanu tħalla barra mil-lista.

Robson-Kanu kien strumentali għal Wales fil-Euro 2016 hekk kif kien skorja żewġ gowls

Għal dan it-tournament, Wales se jkunu mmexxija minn Robert Page, hekk kif il-kowċ Ryan Giggs qed jaffaċċja akkużi serji fil-konfront tiegħu fil-Qorti. Wales se jkunu qed jilagħbu fi Grupp A flimkien mal-Italja, it-Turkija u l-Iżvizzera.

Għalfejn Wales se jkunu mmexxija minn Robert Page u mhux minn Ryan Giggs?

Ryan Giggs qed jaffaċċja proċeduri kriminali fil-konfront tiegħu hekk kif fost l-oħrajn qed ikun akkużat li attakka żewġ nisa f’Novembru li għadda.

B’konsegwenza ta’ dan, l-FA ta’ Wales ddeċidiet li Robert Page jinħatar coach temporanju ta’ Wales sakemm jintemm il-każ ta’ Giggs.

L-iskwadra ta’ 26 player imsejħa hija:

Goalkeepers: Wayne Hennessey, Danny Ward, Adam Davies.

Difensuri: Chris Gunter, Ben Davies, Connor Roberts, Ethan Ampadu, Chris Mepham, Joe Rodon, James Lawrence, Neco Williams, Rhys Norrington-Davies, Ben Cabango.

Midfielders: Aaron Ramsey, Joe Allen, Jonny Williams, Harry Wilson, Daniel James, David Brooks, Joe Morrell, Matt Smith, Dylan Levitt, Rubin Colwill.

Attakkanti: Gareth Bale, Kieffer Moore, Tyler Roberts.