L-eks attakkant Franċiż Thierry Henry se jkun għal darb’oħra qed jingħaqad mal-iskwdra tal-Belġju għall-Euro 2020 fejn se jkun qed jifforma parti mill-istaff tekniku tal-kowċ Roberto Martinez.
Henry kien assistent kowċ ta’ Martinez fit-Tazza tad-Dinja tal-2018 fejn f’dik l-edizzjoni l-Belġju temmew fit-tielet post. F’Ottubru tal-istess sena, Henry kien inħatar kowċ ta’ Monaco fi Franza bl-aħħar tim li mexxa kien it-tim fl-MLS Montreal Impact.
Matul il-karriera tiegħu bħala player, Henry kien ma’ bosta klabbs madwar l-Ewropa iżda jibqa’ mfakkar l-aktar għall-perjodu li qatta’ ma’ Arsenal fejn wera l-abbiltajiet tiegħu bħala wieħed mill-aqwa attakkanti ta’ kull żmien
//= $special ?>