Coronavirus Internazzjonali

Varjant ġdid fil-Vietnam

Il-Vietnam qed jirraporta varjant ġdid tal-COVID-19 hekk kif il-każijiet fil-pajjiż komplew jiżdiedu.

Esperti medici fil-Vjetnam indikaw li l-virus reġa’ nbidel… biex issa sar varjant differenti li jinkludi s-sekwenza ġenetika kemm tal-varjant Brittaniku kif ukoll tal-varjant Indjan li bħalissa qed jinfirex bla kontrol madwar l-Indja kollha.

Dan il-varjant il-ġdid huwa responsabli għal ammonti kbar ta’ infezzjonijiet li qed ikun hemm fil-pajjiż, b’aktar min 3,500 każ u 12-il mewta f’gurnata wahda biss.

Issa, il-Gvern tal-Vjetnam żied aktar restrizzjonijiet biex iwaqqaf it-tixrid tal-varjant, inkluż restrizzjonijiet fuq avvenimenti reliġjużi, bars, clubs u spas. Bil-Gvern jiddikjara li xtara 30 milljun doża tal-vaccin mill-kumpanija Pfizer biex jikkumbatti l-varjant il-ġdid