Il-Prim Ministru Robert Abela jibqa’ ma jikkommettix ruħu li se jirrevedi s-sistema ta’ kif jinħadmu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Sistema li fl-aħħar tmien snin serqet lill-poplu Malti madwar 50 miljun ewro.
Affaċjat bil-mistoqsijiet ta’ Net News, l-istess Prim Ministru… infexx f’attakk kontra l-Partit Nazzjonalista sabiex jiddefendi lilu nnifsu
Abela qed jiftaħat li qed jisma’ l-polz tal-poplu u joffri l-aħjar soluzzjonijiet fil-qasam tal-enerġija. Dan meta l-istess Gvern Laburista …fl-2019…inqabad illi qed jisraq lill-popli Malti bil-kuntratt ta’ Electrogas li sar minn dan l-istess Gvern.
Fl-istess konferenza tal-abarijiet Abela rrefera għar-rapport tal-NAO bħala sempliċiment abbozz… turija ċara ta’ kemm pajjizna għandu Prim Ministru li jagħzel li jisma’ biss dak li jogħġob lilu.
Bil-Prim Ministru ikompli bir-retorika tiegħu ta’ ftaħir dwar x’għamel Gvern Laburista…. u fl-ebda ħin ma jikkommetti ruħu li se jagħti lura dawn il-50 miljun ewro li nsterqu mill-poplu Malti.
//= $special ?>