EURO 2020 Sport

Aħbar tajba għal Kevin De Bruyne u l-Belġju

(Ritratt: EPA)

Aħbar tajba għall-midfielder Kevin De Bruyne u t-tim tal-Belġju hekk kif jidher li De Bruyne m’għandux bżonn li jiġi operat.

Kevin De Bruyne weġġa fil-finali tal-UEFA Champions League kontra Chelsea fejn wara dwell mad-difensur Antonio Rudiger sofra ksur f’imnieħru u taħt għajnejh. Il-kowċ tal-Belġju Roberto Martinez qal li De Bruyne mistenni jingħaqad mal-kumplament tal-iskwadra nhar it-Tnejn li ġej.

De Bruyne kellu jiġi mibdul fis-60 minuta fil-finali ta’ nhar is-Sibt (Ritratt: EPA)

Fl-istess konfernza, Martinez qal li mhuwiex 100% ċert li De Bruyne se jkun qed jilgħab l-ewwel logħba tal-grupp fit-12 ta’ Ġunju kontra r-Russja.