Futbol Sport

Attard FC se jibdew il-kampjonat b’9 punti mnaqqsa u ġew immultati €1,000

Attard FC se jibdew il-kampjonat 2021/22 b’disa’ punti mnaqqsa u ġew ukoll immultati €1,000 wara li l-Bord tal-MFA sabhomu ħatja ta’ korruzjoni u betting illegali. Attard FC se jkunu wkoll sospiżi għall-ħames snin milli jikkompetu f’kompetizzjonijiet internazzjonali.

Il-Qorti kienet sabet eks-membru tal-Kumitat ta’ Attard FC ħati ta’ korruzjoni f’partita tan-National Amateur League bejn Attard u Kalkara li ntlagħbet fil-5 ta’ Diċembru li għadda u kien immultat €50,000 mill-istess Qorti.

L-MFA nnutat ukoll li minkejja li l-akkużi fil-konfront tal-eks-membru ta’ Attard minkejja li l-każ għad irid jiġi deċiż, is-sentenza li ngħatat mill-Qorti kif ukoll wara li l-istess akkużat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, l-MFA qalet li kien hemm biżejjed evidenza biex jittieħdu l-passi neċessarji fil-konfront tal-klabb.

Il-Bord għamel aċċen għall-Artiklu 2, 3, 4 u 6 tar-Regoli b’rabta ma’ Korruzjaoni u Betting Illegali f’partiti tal-futbol u sab lill-klabb ta’ Attard FC ħat fejn ġie mmultat €1,000, bl-istess klabb għandu dritt li jappella mid-deċiżjoni tal-Bord tal-MFA.