Mara ta’ 56 sena residenti Marsaxlokk qed issofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet minn fuq ċint.
Dalgħodu, għall-ħabta tat-08.15, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Profs. Walter Ganado f’Pembroke.
Jidher li l-mara telgħet fuq ċint u waqgħet ġo gandott.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>