Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia wara l-partita ta’ ħbiberija kontra l-Irlanda ta’ Fuq appella biex l-isport ma jibqax ikkonsidrat bħala ‘passatemp’.
Mangia qal li trid issir distinzzjoni bejn sport elite u sport prattikat fuq livell amatorjali hekk kif dawk li jitħarrġu fi sport elite għandu jkunu trattati ta’ atleti professjonali.
It-tim Malti lbieraħ tilef 3-0 kontra l-Irlanda ta’ Fuq hekk kif din kienet l-ewwel partita għall-players Maltin wara xahrejn wara li l-Kampjonat Lokali għat-tieni staġun konsekuttiv twaqqaf qabel id-data skedata. Mangia qal li f’din il-partita kienet evidenti li l-Irladna ta’ Fuq kienu aktar preparati fiżikament mill-players Maltin.
//= $special ?>