Id-darbtejn runner-up tal-Open ta’ Franza Dominic Thiem kien eliminat fl-ewwel round, għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu. Wara li mar żewġ sets minn fuq 4-6, 5-7, Dominic Thiem tilef iż-żewġ sets ta’ wara 6-3, 6-4, bis-set deċiżiv ta’ 6-4 imur għand Pablo Andujar.
F’partita oħra il-Ġermaniż Alexander Zverev irkupra minn żewġ sets minn taħt biex għeleb Oscar Otte 3-6, 3-6, 6-2, 6-2, 6-0. Is-seed numru sitta’ kellu bżonn sagħtejn u 49 minuta sabiex iwettaq ir-rimonta tiegħu u jgħaddi għar-round li jmiss tal-Grand Slam, fejn se jaffronta lil Roman Safiullin.
Min-naħa l-oħra Gregor Dimitrov kellu jirtira mir-Rolan Garros wara li sfora injury f’dahru waqt il-partita kontra Marcos Giron. Dimitrov kien fil-vantaġġ 6-2, 6-4, 5-1, iżda bħal ma ġralu fil-Grand Slam tal-Awstralja, Thiem kellu jirtira minħabba l-kundizzjoni fiżika tiegħu.
//= $special ?>