Sport Sport Ieħor

Federer b’wirja mill-aqwa fir-ritorn tiegħu fir-Roland Garros

(Ritratt: EPA)

Wirja mill-aqwa minn Roger Federer fir-ritorn tiegħu fl-Open ta’ Franza wara li għeleb lil Denis Istomin tal-Uzbekistan. L-għoxrin darba rebbieħ tal-Grand Slam l-aħħar dehra tiegħu fir-Roland Garros kienet fl-2019 u kien fl-ewwel partita f’kompetizzjoni internazzjonali wara li ilu nieqes għal sittax il-xahar għax kien imweġġa. Federer li għandu 39 sena għeleb lil Istomin fi tlett sets 6 – 2 ; 6 – 4 u 6 – 3 Seed numru tnejn Daniil Medvedev tar-Russja kiseb l-ewwel rebħa tiegħu tal-karriers fir-Roland Garros wara li għeleb lil Alexander Bublik tal-Kazakhstan. Fil-passat f’erba’ edizzjonijiet Medvedev kien eliminat dejjem fl-ewwel rawnd. Kontra Bublik rebaħ fi tlett sets 6 – 3 ; 6 – 3 ; 7 – 5