EURO 2020 Sport

Gareth Bale ma jiċħadx rapporti li se jirtira wara l-Euro 2020

(Ritratt: EPA)

L-attakkant ta’ Wales Gareth Bale naqas milli jiċħad rapporti li qed jindikaw li jista’ jirtira wara l-Euro 2020.

Il-player ta’ 31 sena għandu l-kuntratt tiegħu ma’ Real Madrid sa tmiem l-istaġun li ġej, bl-aġent tal-player, Jonathan Barnett jiċħad dawn ir-rapporti minkejja li Bale naqas milli jagħmel dan.

Gareth Bale qal li għalissa jrid jikkonċentra fuq il-Euro 2020 għaliex jekk jikkumenta dwar il-futur tiegħu żgur se jkun qed iżid l-ispekulazzjoni. Fl-istaġun li għadda Bale rritorna b’self għand Totteham fejn kellu medja ta’ goal f’kull partita.

Fir-ritorn tiegħu ma’ Tottenham, Bale skorja 11-il gowl f’20 partita (Ritratt: EPA)

Ikkummenta