Lokali Parlament

Għandna naħdmu għall-verità u ma nibżgħux ngħidu li hemm verità

Carm Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici sostna li l-politiċi mhux biss iridu jaħdmu għall-verità iżda m’għandhomx jibżgħu jgħidu li hemm verità.

Fid-dibattitu parlamentari dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwr l-Użu mill-Ġdid tal-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku, Carm Mifsud Bonnici llejla tkellem dwar id-dritt tal-fatti u l-użu tal-informazzjoni

Carm Mifsud Bonnici qal li dan l-abbozz hu parti mit-triq ta’ Malta fl-UE biex direttivi tal-UE jidħlu fis-sistema legali tal-pajjiż. Hu sostna li din il-lii hi għodda iktar fis-settur tal-informazzjoni u spjega li r-relazzjoni tas-soċjetà mal-internet inbidlet fl-aħħar 20 sena.

Id-deputat Nazzjonalista qal li fil-passat kien hemm l-impressjoni li dak li jingħad hu l-internet hu l-verità u qal li l-polu għandu dritt għall-verità iżda mhux għall-gideb.

Carm Mifsud Bonnici semma’ l-fake news u qal li mhux aċċettabbli fis-soċjetà li jkollha strutturi li ma jaċċettawx il-verità. Id-diatturi l-ewel li ma jkissru hi l-verità bl-iskop li jipprovaw teżi politika li ma jkollha xejn mill-verità.

Dan seħħ taħt il-Faxxiżmu, l-Kommuniżmu u n-Nażiżmu, sostna Carm Mifsud Bonnici, li qal li anki fil-mistoqsijiet parlamentari fil-parlament mhux dejjem qed tingħata l-informazzjoni kollha. F’uħud mit-tweġibiet parlamentari mhux qed tingħad il-verità, anzi qed tingħata informazzjoni li mhix veru.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li s-soċjetà għandha temmen fil-verità u li l-verità toħroġ dejjem fid-dritt tal-informazzjoni veritiera. Valur fundamentali tal-UE hu d-dritt tal-informazzjoni u l-verità, sostna Carm Mifsud Bonnici, li kompla li meta wieħed jabbanduna l-fatti allura jkun qed jabbanduna l-vrrità.

Carm Mifsud Bonnici sostna li dan iwassal ukoll għal nuqqas ta’ libertà u qal li kull politiku għandu jiddefendi l-verità iżda għandu d-diffikultà dwar fuq liema fatti se jibbaża d-deċiżjoni politika tiegħu.