Għawdex Lokali

GĦAWDIX – NGO biex tipproteġi u tiddefendi l-ambjent naturali t’Għawdex

Din il-ġimgħa se tiġi mnedija għaqda mhux governattiva bl-isem ta’ GĦAWDIX ffurmat minn membri żgħażagħ tal-komunità Għawdxija bl-iskop li tipproteġi u tiddefendi l-ambjent naturali t’Għawdex.

L-għaqda GĦAWDIX se tkun determinata jqajmu sens ta’ responsabilità soċjali u ambjentali fost ir-residenti u viżitaturi tal-gżira. Il-miri t’GĦAWDIX huma bbażati fuq l-punt li s-saħħa ta’ min jgħix Għawdex qiegħda f’periklu minħabba żbilanċ sever bejn il-pajsaġġ naturali u l-iżvilupp li qed isir fuqu. Din l-organizzazzjoni se tistabilixxi pjattaformi u inizjattivi biex jittrattaw problemi speċifiċi fl-ambjent, u jressquhom fuq livell reġjonali u nazzjonali.

“Huwa dmir il-mexxejja tagħna li jaħdmu għall-bilanċ, u dmir il-membri tal-komunità li jżommu lill-mexxejja responsabbli,” qalet GĦAWDIX. “Billi nagħrfu l-bżonnijiet uniċi tal-gżira, u nedukaw ruħna fuq azzjoni ċivili li taħdem biex jinkisbu dawn il-bżonnijiet, nistgħu nidderieġu t-triq tal-progress lejn titjib ġenwin u dejjiem fil-kwalità tal-ħajja f’Għawdex.”

Ikkummenta