Internazzjonali

Iċ-Ċina tħabbar li l-koppji issa jista’ jkollhom 3 ulied

Iċ-Ċina ħabbret li se tibda taċċetta li koppja jkollha 3 ulied, dan wara li fl-aħħar snin kellha policy li koppja jista’ jkollha biss 2 t’ulied.

Din l-aħbar ħarġet wara li fl-aħħar 10 snin kien hemm tnaqqis tal-popolazzjoni fiċ-Ċina, b’Beijing kellha bilfors tieħu dan il-pass.

Skont l-aħħar informazzjoni fl-aħħar sena twieldu 12-il miljun tarbija fiċ-Ċina filwaqt l fl-2016 kien hemm 18-il miljun tarbija. Din iċ-ċifra hija waħda mill-aktar baxxi mis-sittinijiet.

Tags