Il-Copa America li tibda 13-il ġurnata oħra tinsabse ssir fil-Brażil hekk kif iż-żewġ pajjiżi li kellhom jospitaw dan it-tournament, l-Arġentina u l-Kolumbja mhux se jitħallew jagħmlu dan. L-Arġentina mhux se tkun qed titħalla tagħmel dan minħabba żieda fil-każijiet tal-coronavirus, filwaqt li l-Kolumbja mhux se tkun qed tagħmel dan minħabba protesti madwar il-pajjiż kontra l-President Ivan Duque.
Dan it-tournament li kellu jsir is-sena li għaddiet ġie pospost minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena minn barra l-10 pajjiżi mill-Amerika t’Isfel li se jieħdu sehem, kienu se jikkompetu wkoll il-Qatar u l-Awstralja iżda t-tnejn li huma rtiraw mill-kompetizzjoni minħabba l-pandemija.
//= $special ?>