EURO 2020 Futbol Sport

“Il-futur tiegħi se niddeċiedih wara l-Euro 2020”- Christian Eriksen

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder Daniż ta’ Inter Chrisitian Eriksen qal li kien sorpriż bit-tluq ta’ Antonio Conte minn kowċ ta’ Inter filwaqt li żied jgħid li l-futur tiegħu se jkun qed jiddeċiedih wara l-Euro 2020.

Eriksen qal li minkejja li hu u Conte jaraw l-futbol b’mod differenti xorta waħda kellu relazzjoni tajba miegħu filwaqt li qal li kien jippreferi li kieku lagħab aktar avvanzat dan l-istaġun ma’ Inter milli quddiem id-difiża.

L-eks player ta’ Tottenham qal li fil-bidu tal-istaġun ma tantx lagħab ma’ Inter u jemmen li l-iżvolta fil-kampjonat kienet ir-rebħa fuq Milan.