Fil-ġimgħat li għaddew it-tribunal ta’ Madrid iddeċieda li l-każ tal-European Super League se jkun qed jgħaddi għal quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Lussemburgu.
Rappreżentanti tal-European Super League jemmnu li l-UEFA u l-FIFA qed jiksru l-liġi Ewropea tal-kompetittivita u b’hekk hemm riskju li iż-żewġ assoċjazzjonijiet jiġu mmultati. Dan il-każ li se jkun qed jgħaddi quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja se tkun qed tistabilixxi jekk il-UEFA u l-FIFA għandhom id-dritt esklussiv li jorganizzaw il-kompetizzjonijiet.
Is-Super League kien twaqqaf f’April li għadda bejn12-il tim, sitta mill-Ingilterra, tlieta mill-Italja u tlieta minn Spanja. Iżda wara n-numru ta’ protesti mill-partitarji u anke mill-midja, l-maġġoranza tat-timijiet irtiraw u fadal biss Real Madrid, Barcelona u Juventus.
It-tliet klabbs qed jinsistu li huwa dritt tagħhom li jwaqqfu din il-kompetizzjoni, li jfisser li b’hekk ma jieħdux sehem f’kompetizzjonijiet organizzati mill-UEFA.
Kemm il-UEFA u anke l-FIFA ħarġu kontra dan il-kampjonat, fejn fost l-oħrajn wissew li l-players li se jkunu nvoluti fil-European Super League ma jitħallewx jilagħbu f’partiti internazzjonali.
Fi stqarrija l-FIFA qalet li se tkun qed tiftaħ proċeduri fil-konfront tat-tliet klabbs li għadhom involuti fil-European Super League
//= $special ?>