Illum sar magħruf li minħabba ċertu festi li se jiġu ċċelebrati nhar il-Ħadd li ġej, il-Ministru Chris Fearne iddeċieda li l-barijiet jinfetħu fis-6 ta’ Ġunju. Dan jgħodd ukoll għall-każini.
Fearne ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja.
Minkejja dan, l-avvenimenti mużikali u kulturali xorta mhux se jinfetħu f’Ġunju. Hemm biss possibbiltà li jkun hemm rilass tal-miżuri mill-bidu ta’ Lulju.
Intant, tħabbar li minn din il-ġimgħa kull min tlaqqam jista’ japplika għaċ-Ċertifikat tal-Vaċċin.
//= $special ?>