EURO 2020 Sport

Il-Kroati mhux se jiċċaqalqu mill-bażi tagħhom | Se jibqgħu f’Rovinj

(Ritratt: EPA)

Il-Federazzjoni tal-futbol Kroat iddeċidiet li t-tim nazzjonali se jibqa’ fil-bażi tiegħu f’Rovinj minflokk ma jmur fil-kamp ta’taħriġ f’St.Andrews, l-Iskozja. Il-UEFA rrikomandat lit-tim Kroat sabiex ibiddel il-lokazzjoni tal-kamp tat-taħriġ tagħhom minħabba li l-miżuri b’rabta mal-Covid 19 fl-Iskozja jista’ jkollhom impatt negattiv fuq it-tim Kroat.

Madankollu, il-Federazzjoni Kroata ma tridx tirriskja li jispiċċa tim sħiħ kwarantina f’każ li jkun hemm xi każ pożittiv fil-kamp Kroat, u għalhekk ħadet id-deċiżjoni li ma tieħux l-iskwadra Kroata f’St Andrews l-Iskozja. It-tim se jibqa’ fil-Grand Park Hotel f’Rovinj, filwaqt li se jitħarreġ fl-NK Rovinj Stadium.

Il-Kroazja jinsabu fi Grupp D flimkien mal-Ingilterra, l-Iskozja u r-Repubblika Ċeka, bl-ewwel partita se tkun fit-13 ta’ Ġunju kontra l-Ingilterra f’Wembley Stadium, possibilment quddiem attendenza ta’ ‘l fuq minn 85,000 spettatur.