Futbol Sport

Il-partita ta’ ħbiberija kontra l-Kazakhstan posposta

Il-partita ta’ ħbiberija li t-tim nazzjonali Malti kellu jilgħab kontra l-Kazakhstan ġiet posposta wara li l-Federazzjoni tal-Kazakhstan avżat lill-MFA li ma nħarġux il-visas biex it-tim tal-Kazakhstan jivvjaġġa lejn l-Awstrija fejn it-tim nazzjonali Malti għaddej b’kamp ta’ taħriġ.

Il-partita li kienet skedat li tintlagħab nhar it-Tnejn 7 ta’ Ġunju ġiet ikkanċellata u b’hekk l-aħħar partita li t-tim Malti se jkun qed jilgħab fl-Awstrija se tkun dik ta’ nhar il-Ġimgħa fl-Sportarena Klangenfurtt kontra l-Kossovo.