Lokali

Imut fil-Brażil kawża tal-COVID-19

Patri Malti ta’ 74 sena li ilu għal diversi snin missjunarju fil-Brażil, tilef ħajtu wara li kien pożittiv bil-COVID-19.

Il-mewt ta’ Patri Ġwann Xerri, maghruf ghall-impenn tieghu favur il-ġustizzja soċjali u l-ugwaljanza kemm f’Malta u anke fil-Brażil, halliet niket kbir fost dawk li kienu jafuh mill-qrib.

Fil-Brażil, Gwann Xerri ħadem bla waqfien fost il-foqra, l-persuni li kienu taht oppressjoni.

Il-ħidma tiegħu ma kinitx waħda ta’ karità iżda ħidma favur il-ġustizzja, li tagħraf li l-foqra u l-bagħtuti huma r-riżultat ta’ sistema inġusta li hemm bżonn tiġi miġġielda.

Meta kien ikun Malta, huwa ta’ spiss ta l-kontribut tiegħu għal inizjattivi li kienu jiġu organizzati mill-Moviment Graffiti…u ngo’s ohrajn.

F’intervista li kellu mat-Times fl-2009, Patri Gwann Xerri kien stqarr li “l-unika kriżi li ninsabu fiha hija kriżi tar-ruħ. U rridu niftakru min aħna, minn fejn ġejna, kif kienet l-istorja tagħna, u x’inhuma l-valuri veri tagħna bħala Maltin u Kattoliċi.”