Il-membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela qed jibqgħu jiddefendu is-serq li qed isir fil-konijiet tad-dawl u l-ilma… serq li s’issa fi tmien snin jammonta għal 50 miljun ewro.
Dan ħareġ biċ-ċar meta dalgħodu l-Ministri ta’ Robert Abela dehru dehlin għal-laqgħa tal-Kabinett – skomdi ferm affaċjati bid-domandi dwar dan is-suġġett. U bil-Ministru Miriam Dalli, li hi responsabbli minn dan is-settur, ftit li xejn turi rieda li ssolvi din il-problema.
Minn naħa tiegħu, il-Ministru Edward Zammit Lewis qal biss illi l-Lejber raħħas il-prezz tal-ilma. U evita kompletament li jsemmi l-piż tad-dawl.
Provajna wkoll inwaqqfu lill-Ministru Owen Bonnici… illi l-ewwel ma riedx jikkummenta, iżda mbagħad f’daqqa waħda infexx f’attakk kontra l-Partit Nazzjonalista.
Ma’ Net News, il-Ministru tal-Energija Miriam Dalli dehret skomda immens… u huwa car li mhi toffri ebda soluzzjoni għal dan is-serq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
//= $special ?>