Intbaghtet il-habs fl-Awstralja fuq akkuzi li hatfet 2 tfal u li hi serial con artist
Emily Peet, Lindsay Coughlin, Dakota Johnson, Georgia McAuliffe, Harper Hernandez, Harper Hart. Wara dawn l-ismijiet hemm biss persuna waħda, Samantha Azzopardi ta’ 32 sena li ntbgħatet il-ħabs f’Melbourne wara li ħatfet 2 t’itfal u li falsifikat l-identita’ tagħha.
Hija ngħatat sentenza ta’ sentejn ħabs nhar il-Ġimgħa li għadda, wara li kellha kwalifiki ffalsifikati biex tikseb xogħol bħala nanny live-in u ħadet żewġt itfal żgħar madwar l-istat ta’ Victoria mingħajr permess.
Il-Maġistrat ta’ Melbourne Johanna Metcalf qalet li l-mottiv wara dan kollu għadu mhux ċar.
Għal bosta snin Azzoppardi ilha jkollha l-problemi mal-awtoritajiet filfatt hija ġiet deportata minn pajjiżi barranin u anke kienet il-ħabs għal perjodi qosra. Madankollu, is-saga tidher li ma tispiċċa qatt.
//= $special ?>