Il-proċess tal-għażla ghall-kariga ta’ Assistent Kummissarju tal-Pulizija kien ‘ivvizzjat’. Skandlu ieħor li joħroġ mill-perijodu li fih Lawrence Cutajar kien fit-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija. Skont it-Times, l-Ombudsman sab li l-proċess tal-2016 għall-promozzjonijiet kien wieħed ivvizzjat, bir-rapport jindika li l-Kummissarju mexxa process li nbidel f’teatrin.
Fil-fatt, l-Ombudsman sab li l-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar fl-għażla tiegħu ffavorixxa ċerti individwi fuq oħrajn. U l-proċess li mexxa Cutajar kien deskritt bħala wieħed tad-daħq, għaliex għażel lil min jagħti promozzjoni abbażi ta’ fiduċja personali.
L-Ombudsman wasal għal din id-deċiżjoni wara każ li fetaħ is-Supretendent Raymond D’Anastas, wara li dan tal-aħħar twarrab miċ-ċans li jieħu l-promozzjoni, anke jekk kellu rekord impekkabbli fuq 40 sena servizz fil-Korp. L-Ombudsman qal li sabha diffiċli jifhem kif xi ħadd b’servizz ta’ snin twal kien mar daqshekk ħażin fil-proċess.
D’Anastas, li kien rapprezentat mill-Avukat David Bonello, issa se jkun qed jitħallas €15,000 għal danni morali mill-Korp tal-Pulizija…bil-PN jghid li dan kien kaz iehor illi jikkonferma l-ingustizzjoni li qed isiru minn Gvern Laburista.
L-ombudsman innota li huwa “inkwetanti ħafna” li wieħed mill-persuni li ingħata promotion, Mario Tonna, kien iffaċċja sensiela ta’ proċeduri dixxiplinarji kif ukoll każ kriminali li fih instab ħati. Hu żied jgħid li Tonna mhux biss tħalla japplika għall-promozzjoni meta kellu jkun skwalifikat awtomatikament, iżda ġie promoss għal Supritendent u mbagħad għal Assistent Kummissarju fi żmien sena biss.
//= $special ?>