Futbol Sport

L-eks Arsenal u Sliema Wanderers, Denilson jiffirma ma’ Gremio fil-Brażil

Denilson

Tiġi uffiċjalment fit-tmiemha l-avventura ta’ staġun wieħed biss f’Malta u ma’ Sliema Wanderers FC, tal-eks plejer internazzjonali Brażiljan fil-livell ta’ taħt is-17-il sena, Denilson Pereira Neves. Il-midfielder ta’ 33 sena difensiv issieħeb lil Grêmio Esportivo Brasil, f’Campeonato Brasileiro Série B, wara li ntemm il-kuntratt tiegħu ta’ sena ma’ Sliema.

Denislon lagħab 14-il partita ma’ Sliema matul l-istaġun 2020/21 għal total ta’ 890 minuta fil-Kampjonat Premier. Interessanti l-fatt li skont l-istatistika li tinġabar apposta, u li tidħol f’dettall enormi dwar il-prestazzjoni ta’ kull plejer individwali, Denilson ma’ Sliema kellu peresentaġġ ta’ 91% tal-passaġġi tiegħu li kienu suċċess; perċentwal li hu fost l-aqwa mill-plejers kollha tal-Kampjonat Premier fl-istaġun li għadu kemm intemm.

Bejn l-2006 u l-2012, Denilson kien plejer ta’ Arsenal fil-Premier League Ingliż.

Għal aktar aħbarijiet dwar il-futbol Malti, żur l-aqwa sors ta’ informazzjoni f’pajjiżna, il-paġna ta’ Replay fuq Facebook.