Lokali Parlament

Malta għandha l-abbiltà tkun fuq quddiem fir-Reġistru tal-Avjazzjoni

Adrian Delia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li hekk kif għamelt fis-settur tal-marititmu, Malta għandha l-abbiltà tkun fuq quddiem fir-Reġistru tal-Avjazzjoni.

Fil-parlament llejla, Adrian Delia tkellem dwar l-importanza li l-pajjiż ikun kapaċi jkollu xibka ta’ arranġamenti ma’ pajjiżi oħra biex meta jsiru strutturi effiċjenti fil-ħlas tat-taxxa.

Il-liġijiet robusti Maltin għandhom jikkompetu tajjeb meta paragunati ma’ ta’ pajjiżi barranin f’dan is-settur. Ir-Reġistru tal-Avjazzjoni, li nħoloq minn gvern Nazzjonalista, attira 550 reġistrazzjoni u 35 AOC.

Id-deputat Nazzjonalista qal li kien meħtieġ li jsiru l-emendi biex il-liġi tissaħħaħ u tirrifletti aħjar l-iżvilupp li fis-settur. Hu staqsa jekk Transport Malta llum għandhiex ir-riżorsi neċessarji biex ilaħħaq mal-immedjatezzi li jeħtieġ dan is-settur.

Id-deputat Nazzjonalista ppropona inċentivi għall-ajruplani li ma jkunux qed jintużaw minnufih u l-inċentivi mqabbla ma’ pajjiżi oħra fosthom biex ma titħallasx taxxa darbtejn.

Adrian Delia kompla li iktar ma jsiru ftheim dwar ilħlas tat-taxxa doppja huma importanti biex Malta tattira investiment f’dan is-settur. Importanti wkoll li l-pajjiż ikollu l-abbiltà li l-bankier ikollu serħan tal-moħħ li jekk ikun hemm problemi, il-qrati Maltin huma effiċjenti kompetittivi u kapaċi jagħti rimedji biex l-ajruplani involuti jinqabdu.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan ifisser li settur li jimpjega professjonisti u żgħażagħ irid ikun msaħħaħ mhux biss bil-liġijiet neċessarji iżda li l-parti amministrattiva titjieb.

Hu ppropona miżuri biex ikun ikkunsidrat fejn sejjer dan is-settur partikolarment bil-konsegwenza tal-COVID; Malta għandha tattira dan l-investiment li ftit li xejn jieħu art u hu bbażat fuq is-servizz għaliex dan hu settur li joħloq impjiegi ta’ kwalità.

Adrian Delia qal li Malta kellha l-abbiltà li saret waħda mill-aqwa ġurisdizzjonijiet u għalhekk tista’ tkun kapaċi tagħmel l-istess fis-settur tal-avjazzjoni.