Kompliet il-kampanja ta’ reġistrazzjoni li nieda s-Sibt li għadda il-PN b’rabta mal-mod illi bih qed jinħadmu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma – sistema li qed tfisser miljuni ta’ ewro misruqa mill-but tal-familji. Issa, kif filfatt għamlu mijjiet ta’ persuni fi tmiem il-ġimgħa, il-pubbliku jista’ jgħaddi d-dettalji tiegħu fid-Dar Ċentrali tal-PN matul il-ħinijiet tal-uffiċċju. Imbgħad nhar il-Ġimgħa, il-kampanja biex il-poplu ma jibqax jinsteraq tkompli f’Ta’ Sannat għall-Għawdxin.
Il-Partit Nazzjonalista nieda wkoll sistema online fejn wieħed jista’ jirreġistra l-interess tiegħu fl-inġustizzja tal-mekkaniżmu tal-ARMS, li bih qed jinħadmu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Mekkanizmu li suppost kellu jinbidel fl-2019. Intant, min jixtieq jirreġistra l-interess tiegħu fil-kampanja tal-PN bis-sistema online, jista’ jżur is-sit pn.org.mt/kontijiet u jimla’ d-dettalji, proċess li qed ikun trattat b’kunfidenzjalità assoluta. Il-Kap tal-PN Bernard Grech qed iwiegħed li Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti lura l-flus li nsterqu u li jammontaw għal €50 miljun s’issa, fuq medda tat-tmien snin kemm ilu Gvern Laburista.
Din l-inizjattiva tal-PN intlaqghet tajjeb ħafna mill-pubbliku inġenerali fejn aktar persuni qed jitkellmu dwar l-inġustizzja fil-konfront tagħhom, tant li apparti l-mijiet li ta’ individwi u familji li diġa rreġistraw, persuni ohra qed jiktbu fuq il-media soċjali dwar l-inġustizzji fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma taħt Gvern Laburista li mar kontra l-wegħda elettorali tiegħu li jraħħas il-kontijiet, u minflok qed jisraq lill-poplu Malti u Għawdxi.
//= $special ?>