Minn din il-ġimgħa kull min tlaqqam biż-żewġ dożi tal-vaċċini tal-Pfizer, Moderna u AstraZeneca, u bil-Johnson and Johnson jista’ japplika għaċ-Ċertifikat tal-Vaċċin.
Meta persuna tirritorna pajjiżna mis-safar u tippreżenta dan iċ-ċertifikat mgħandhiex għajfejn tippreżenta PCR test negattiv. Permezz ta’ dan iċ-ċertifikat ukoll, wieħed jista’ jżur lill-anzjani fil-kmamar tagħhom fid-Djar tal-Anzjani. Dan iċ-ċertifikat se jkun jista’ jintuża wkoll sabiex ikunu jistgħu jsiru ċertu attivitajiet.
Wieħed se jkun jista’ jniżżel dan iċ-ċerifikat billi jidħol fis-sit elettroniku certifikatvaccin.gov.mt u jdaħħal l-e-id jew in-numru tal-ID card kif ukoll id-data ta’ meta ħa t-tieni doża tal-vaċċin. Dan iċ-ċertifikat jista’ jitniżżel kemm b’mod diġitali kif ukoll permezz ta’ dokument li jkollu barcode.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela ammetta li s’sissa l-Gvern mgħandux pjan ta’ rkupru dwar is-sitwazzjoni tal-COVID – pjan li għadu jrid jiġi preżentat lill-UE.
Biex b’hekk, il-Gvern spiċċċa waqa’ lura sew meta kkomparat mal-bqija tal-pajjiżi Ewropej…li l-maġġornaza assoluta tagħhom ilhom li preżentaw dan il-pjan.
Intant, fl-istess konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru tas-Sahha Chris Fearne ħabbar li minħabba ċertu festi li se jiġu ċċelebrati nhar il-Ħadd li ġej, il-barijiet se jkunu jistgħu jiftħu fis-6 ta’ Ġunju minflok fis-7 ta’ Ġunju kif kien pjanat. Dan jgħodd ukoll għall-każini.
Minkejja dan, l-avvenimenti mużikali u kulturali xorta mhux se jinfetħu f’Ġunju… bl-indikazzjonijiet juru illi jista’ jkun hemm rilass tal-miżuri mill-bidu ta’ Lulju li ġej.
//= $special ?>