Lokali Qorti

Mixli bi vjolenza domestika fuq omm ibnu

Raġel ta’ 55 sena inżamm taħt arrest wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit bi vjolenza domestika fuq omm ibnu wara li huwa mifhum li ma riedtx li hija tmur taħdem. Ir-raġel residenti Birżebbuġa u li jieħu ħsieb lil ommu li tgħix iż-Żurrieq ġie mixli li nsulenta u nġurja lil mara nhar is-Sibt u fil-ġranet u l-ġimgħat ta’ qabel.

Omm it-tifel tal-akkużat ta’ età tenera hija miżżewwġa u għandha erba’ t’itfal u li għamlet rapport dwar theddid fil-konfront tagħha u tgħix Bormla Huwa ġie mixli wkoll li kkaġuna fastidju, anke meta segwa lil mara bil-moħbi, li kkaġunalha biża li kienet se tintuża vjolenza fil-konfront tagħha u li anke heddidha permezz tal-mobajl.

Ir-raġel ġie mixli wkoll mill-Ispetturi Eman Hayman u Joanna Piscopo b’theddid b’tali mod li ħareġ barra mill-limiti tal-provokazzjoni fil-konfront tas-sieħba tiegħu. . Ġie mixli wkoll li ta fastidju lil bintha miż-żwieġ u li bħal ma għamel lil ommha, heddida. Il-Qorti eżegwixxiet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittmi u wissiet lill-akkużat biex ma jiksirx l-ordni għax fih inniffsu huwa reat.