Kurżitajiet Lokali

Patri Charles Tabone kien issellef xi ħwejjeġ biex imur Paceville, iżda x’kien ġara?

https://www.facebook.com/NETTVmalta/posts/10158964974519003
https://www.facebook.com/NETTVmalta/posts/10158964974519003

Fil-programm PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ wiċċ familjari ma’ bosta, Patri Charles Tabone. Huwa se jirrakonta magħna l-isfidi li llum isibu l-patrijiet, iżda kif dawn l-isfidi jħeġġuhom jaħdmu aktar mal-komunità. Se jaqsam magħna wkoll l-esperjenzi li s’issa kellu. X’kien dak li l-aktar li ħajru biex jidħol mal-patrijiet Dumnikani? Id-delizzji, dak l-aktar li jħobb jagħmel fil-ħin liberu u ħafna aktar.

Illejla wkoll tul il-programm, Patri Charles Tabone se jkun qed jgħidilna fuq kif darba issellef xi ħwejjeġ biex ikun jista’ jmur Paceville, iżda se jissokta jgħidilna fuq x’kien ġara tul dik il-lejla…

Kollox fi PROFILI tal-lejla li se jibda fid-8.45pm fuq Net Television.