Gazzetta fil-Ġappun qed tirraporta li teżisti l-possibilità li l-ispettaturi tal-lokali jitħallew jattendu għall-Olimpjadi jekk jippreżentaw iċ-Ċertifikat tal-Vaċċin jew test negattiv tal-Covid-19.
Spettaturi barra mill-Ġappun mhux se jitħallew jattendu għall-Olimpjadi tas-sajf li ġej b’deċiżjoni dwar spettaturi Ġappuniżi se tittieħed fil-ġimgħat li ġejjin. Bħalissa l-Ġappun qed ilaqqam lill-popolazzjoni anzjana hekk kif il-Gvern Ġappuniż qed ikun kritikat minħabba li r-ritmu ta’ kif qed jitqassam il-vaċċin huwa wieħed bilmod.
S’issa fil-Ġappun ingħataw aktar minn 12-il miljun doża tal-vaċċin bil-Gvern Ġappuniż jgħid li se jkun laqqam lil dawk ta’ aktar minn 65 sena sal-aħħar ta’ Lulju.
//= $special ?>