Lokali

Rapport ieħor li jikkonferma l-inġustizzji ta’ Gvern Laburista – PN

Id-deċiżjoni tal-Ombudsman li għadha kif ġiet ppubblikata, għal darb’oħra tikkonferma linġustizzji illi seħħew fil-Korp tal-Pulzija minn Gvern Laburista ilum mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela.

Fi stqarrija, il-Kelliem għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u ċ-Ċittadinanza Beppe Fenech Adami stqarr li l-Prim Ministru Robert Abela illum huwa għal darb’oħra ffaċċjat b’rapport tal-Ombudsman li jikkundanna kif il-Gvern illum mmexxi minnu kien il-moħħ fi proċess ta’ selezzjoni ‘parodija’ li permezz tiegħu persuni fil-Korp inqabżu u l-anqas biss ġew kkunsidrati għall-pożizzjoni ta’ Assistenti Kummissarji.

F’ħoġor Robert Abela hemm rapport ieħor tal Ombudman illi jikkundanna abbużi li saru taħt għajnejn, u bil-kunsnes, ta’ ministri li għadhom fil-kabinett tiegħu sal-lum.

Robert Abela għandu fuq spallejh ir-responsabilità politika għall-inġustizzji kollha li seħħew fil-Korp tal-Pulizija mis-sena 2013 sal-lum u li għadhom ma ġewx rimedjati.

Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ kommess li gvern ġdid Nazzjonalista jindirizza kull inġustizzja li seħħet minn Gvern Laburista, bil-kunsens tal-Ministri Laburisti, fil-Korp tal-Pulizija