L-attakkant Arġentin Sergio Aguero ffirma ma’ Barcelona għal żewġ staġun sal-istaġun 2022/23 fejn għandu klawsola ta’ €100 miljun.
Aguero lagħab l-aħħar partita tiegħu ma’ Manchester City nhar is-Sibt li għadda fil-finali tal-UEFA Champions League kontra Chelsea. Aguero għamel għaxar staġuni ma’ Manchester City fejn skorja 260 gowl f’390 partita u rebaħ ħames darbiet il-Premier League, darba l-FA Cup u sitt darbiet il-League Cup.
//= $special ?>