Zinedine Zidane qal li rriżenja minn kowċ ta’ Real Madrid wara li hu ħass li l-klabb ma kellux aktar fiduċja fih. Zidane ħalla lil Real Madrid għat-tieni darba aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet wara li naqas milli jwassal lill-Los Blancos għar-rebħa ta’ xi unur dan l-istaġun.
Zidane kien mexxa lil Real Madrid bejn l-2016 u l-2018 qabel ma’ ħalla lill-istess klabb u rritorna f’Marzu tal-2019. L-eks player ta’ Juventus fost l-oħrajn qal li hu beħsiebu jibqa’ jikkowċja u li ħass li Real Madrid ma kellhomx proġett għall-futur. Zidane żied jgħid li hu jifhem il-logħba tal-futbol u jifhem li klabb bħal Real Madrid iġorr responsabbilità akbar.
Ma’ Real madrid Zidane rebaħ tliet darbiet il-UEFA Champions League kif ukoll darbtejn il-La Liga.
//= $special ?>