EURO 2020 Futbol Sport

Borna Sosa mhux se jilgħab fil-Euro 2020 minkejja li seta’ jilgħab għall-Kroazja u għall-Ġermanja

Wieħed mill-aktar players Kroati promittenti, Borna Sosa ma kienx inluż fil-lista finali tal-kowċ Zlatko Dalic, bid-difensur ta’ 23 sena jitlef ukoll l-opportunità li jilgħab għall-Ġermanja.

Sosa li jilgħab fil-Ġermanja ma’ Stuttgart kellu staġun mill-aqwa fejn saħansitra ħafna qed jikkonsidrawh bħala l-aqwa winger xellugi sa mill-player Robert Jarni fis-snin 90 fejn lagħab ma’ Juventus u Real Madrid. Dan l-istaġun, Sosa lagħab 26 partita fejn ta 9 assists.

Robert Jarni huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa players ta’ kull żmien tal-Kroazja (Ritratt: EPA)

Fl-iskwadra Kroata se jkun hemm sitt players biss li lagħbu fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 kontra Franza, bl-iskwadra jidher li se tkun mibnija fuq il-players Luka Modric u Ivan Rakitic.

L-iskwadra finali tal-Kroazja hija:

Goalkeepers: Dominik Livaković (Dinamo Zagreb), Lovre Kalinić (Hajduk Split), Simon Sluga (Luton)

Difensuri: Šime Vrsaljko (Atlético Madrid), Borna Barišić (Rangers), Duje Ćaleta-Car (Marseille), Dejan Lovren (Zenit), Josip Juranović (Legia Warszawa), Domagoj Vida (Beşiktaş), Joško Gvardiol (Leipzig), Domagoj Bradarić (LOSC Lille), Mile Škorić (Osijek)

Midfielders: Mateo Kovačić (Chelsea), Luka Modrić (Real Madrid), Marcelo Brozović (Inter Milan), Milan Badelj (Genoa), Nikola Vlašić (CSKA Moskva), Mario Pašalić (Atalanta), Ivan Perišić (Inter Milan), Josip Brekalo (Wolfsburg), Mislav Oršić (Dinamo Zagreb), Luka Ivanušec (Dinamo Zagreb)

Attakkanti: Ante Rebić (AC Milan), Bruno Petković (Dinamo Zagreb), Ante Budimir (Osasuna), Andrej Kramarić (Hoffenheim)