Futbol Sport

AĠĠORNATA: Carlo Ancelotti jirritorna bħala kowċ ta’ Real Madrid

(Ritratt: EPA)

Carlo Ancelotti rritorna bħala kowċ ta’ Real Madrid. Fl-istaġun li għadda Ancelotti kien qed imexxi lil Everton fil-Premier League fejn minkejja l-bidu pożittiv temm fl-għaxar post tal-klassifika. Ancelotti iffirma kuntratt ta’ tliet snin fejn is-salarju tiegħu se jkun ta’ €6 miljuni.

Ancelotti mexxa lil Real Madrid bejn l-2013 u l-2015 fejn rebaħ erba’ tazzi. Il-ġimgħa li għaddiet, Zinedine Zidane kkonferma r-riżenja tiegħu minn kowċ ta’ Real Madrid bi Florentino Perez jagħmel kuntatt ma’ Antonio Conte u Mauricio Pochettino, biż-żewġ kowċis jkunu wkoll imsemmijha li jinħatru kowċis ta’ Tottenham.

Everton qed jikkunsidraw minn naħa tagħhom lil Nuno Espirito Santo hekk kif dan ħalla lil Wolves fi tmiem l-istaġun.