Lokali Parlament

Ebda konsultazzjoni fuq l-Att dwar l-Inġinerija

Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li l-gevrn aġixxa b’mod anti-demokratiku meta ma għamel ebda konsultazzjoni fuq l-Att dwar l-Inġinerija.

Fid-dibattitu dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni tal-Inġinerija, Toni Bezzina qal li dan l-Att fih nuqqasijiet kif kien seħħ fl-Att dwar il-Periti.

Hu tkellem dwar il-persuna legali, il-kunċett ta’ kumpanija, il-proporzjonalità, in-nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-Union tal-Inġiniera dwar l-emendi,l-illegalità ta’ din il-liġi u n-nuqqas ta’ risposta mill-gvern għall-proposti tal-union.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li din il-union kellha tiftaħ mandat il-qorti biex tinsisti għall-konsultazzjoni u sostna li jrid ikun assigurat li min jipparattika l-professjoni ta’ inġinier għandu jkollu l-kwalifiċi enċessarji. Għalhekk jeħtieġ li jkun hemm il-gwidi ċari dwar il-warrants, li għandha tkun inkluża fl-Att. Il-gvern għandu jħaffef il-proċess tal-krosijiet tal-MCAST biex dawn ikunu rikonoxxuti mill-UE.

Il-problema ta’ dan l-Att hu l-mod anti-demokratiku fil-mod kif il-gvern ressaq dan l-Att bla konsultazzjoni.