Futbol Sport

Id-Direttur tal-Futbol fl-Università ta’ Loughborough jingħaqad mal-Mediterranean College of Sport

Id-Direttur tal-Futbol fl-Università ta’ Loughborough, Richard Allen se jkun konsulent fil-Meditrranean College of Sport wara li ntlaħaq ftehin bejnu u bejn Learning Works li hija kumpanija ssussidjata minn Vassallo Group. Din l-Università hija n-numru wieħed fl-istudju relatat mal-isport fl-Ingilterra u fl-aħħar tliet snin kienet wkoll imsemmija bħala l-aqwa Università ma’ suġġetti relatati mal-isport fil-klassifika tal-QS.

Allen fil-passat kien involut fl-FA Ingliża fejn fl-2004 kellu l-kariga ta’ Head of Talent Identification sabiex ikun jista’ jiskopra l-aqwa talenti fil-futbol Ingliż. Fost it-talenti li ħadem magħhom Allen hemm il-players Ingliżi Phil Foden u Mason Greenwoord. Allen kien ukoll imexxi l-akkademja ta’ QPR u kien scout ewlieni ma’ Tottenham Hotspur.

Il-Mediterranean College of Sport hija skola indipendenti fil-Kumpless Sportiv ta’ San Alwiġi f’Birkirkara. Il-Kumpanija Vassallo Group se flimkien mal-Kulleġġ se jkunu qed jagħmlu rinovazzjoni fl-infrastruttura tal-Kumpless permezz tal-kumpanija Learning Works.

Fix-xhur li ġejjin aktar speċjalisti fil-logħba tal-futbol mistennija jingħaqdu f’dan il-proġett hekk kif il-Mediterranean College of Sport tinsab għaddeja b’diskussjonijiet ma’ diversi esperti.

Ikkummenta