Lokali Parlament

Il-gvern mhux joħloq xogħol ta’ kwalità f’Għawdex

Joe Ellis, PN

Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis qal li l-istatistika tikkonferma li l-gvern falla milli joħloq xogħol ta’ kwalità f’Għawdex.

Fl-Aġġornament tal-parlament llejla Joe Ellis rrifera għal rapport fuq il-One dwar il-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Għawdex fejn l-istatistika intużat biex tqarraq.

Hu minnu li l-Ministru tal-Finanzi qal li żdied in-numru ta’ residenti Għawdxin li jaħdmu Għawdex żdied b’4,000 għal 13,500. Bħala perċentwal, fl-2010, 80.1% tar-residenti kienu jaħdmu f’Għawdex iżda dan kompla jonqos għal 76.5%.

Il-Ministru tal-Finanzi qal ukoll l-persentaġġ ta’ residenti Għawdxin li jaħdmu Malta kien ta’ 18.1% fl-2010; li żdied għal 22.4% llum. Jirriżulta li fl-2019 ir-residenti Għawdxin li jaħdmu Malta laħaq 4,000; għalkemm f’10 snin ir-residenti li jaħdmu Malta żdied b’50%. Il-popolazzjoni ta’ Għawdex żdied għal 34,430 fl-2019 filwaqt li l-GDP ta’ Għawdex għadu lura meta paragunat ma’ dak ta’ Malta.

Hu spjega kif Għawdex jiddependi fuq is-settur pubbliku li kompla jiżdied u hemm mijiet ta’ ħaddiema li jiddependu minn dan is-settur iżda mhux reġistrati mas-settur pubbliku fosthom fl-iskemi maħluqa