EURO 2020 Futbol Sport

Il-Kroati jiddiżżapuntaw u l-Maċedonja mmċaħda minn dro fl-aħħar

Kroazja, Slovakkja u l-Maċedonja ta’ Fuq, tliet timijiet li huma fost il-finalisti għall-Euro 2020, ilkoll temmew fi dro ta’1-1 f’tliet partiti ta’ ħbiberiji li ntlagħbu llum, bħala parti mill-preparazzjoni għall-Kampjonati Ewropej li jibdew il-ġimgħa l-ġimgħa d-dieħla.

Kroazja vs. Armenja 1-1

F’Velika Gorica, il-Kroazja temmew fi dro ta’ 1-1 kontra l-Armenja. Immexxija minn Zlatko Dalić, il-Kroati marru fil-vantaġġ l-ewwel, meta fit-23 minuta, minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Luca Modric, kien Ivan Perisic li bir-ras xeħet wara l-gowlkiper Armen, David Yurchenko. Fit-72 minuta iżda, l-Armenja skorjaw il-gowl tad-dro, meta Zhirayr Shaghoyan ta lejn Wbeymar Angulo, li bil-lemin kkonkluda fix-xibka avversarja.

Agħfas hawn biex tara l-aqwa siltiet tal-partita bejn Kroazja u Armenja.

Slovakkja vs. Bulgarija 1-1

Is-Slovakkja tal-kowċ Stefan Tarkovic, ukoll kisbu dro ta’ 1-1 f’logħba ta’ ħbiberija kontra l-Bulgarija. Is-Slovakki se jkunu qed jilgħabu għat-tieni darba fl-istorja tat-tim nazzjonali tagħhom, fil-finali tal-Euro. Kontra l-Bulgarija huma ġarbu gowl kmieni wara biss disa’ minuti logħob permezz ta’ konklużżjoni tal-attakkant ta’ 26 sena, Atanas Iliev. Is-Slovakki iżda skorjaw id-dro qabel il-mistrieħ, meta fis-26 minuta, Vladimir Weiss għadda lejn il-midfielder żagħżugħ, Lászlo Bénes biex kompla għal ġewwa u skorja l-ewwel gowl tiegħu mat-tim nazzjonali Slovakk.

Agħfas hawn biex tara l-aqwa siltiet tal-partita bejn Slovakkja u Bulgarija.

Maċedonja ta’ Fuq vs. Slovenja 1-1

Elif Elmas tal-Maċedonja ta’ Fuq jiċċelebra wara l-gowl tal-1-0 kontra s-Slovenja.

F’Skopje, il-Maċedonja ta’ Fuq, li se jkunu qed jilgħabu għall-ewwel darba fil-finali tal-Kampjonati Ewropej, kienu mmċaħda minn rebħa f’logħba oħta ta’ ħbiberija, meta kontra s-Slovenja huma temmew fi dro ta’ 1-1. Bl-attakkant veteran ta’ 37 sena, Goran Pandev fl-iskwadra tal-Maċedonja, kienu huma li fetħu l-iskor l-ewwel fil-partita meta d-difensur ta’ Leeds United fil-Premier League Ingliż, Ezgjan Alioski qassam liż-żagħżugħ promessa ta’ 21 sena, Eljif Elmas li b’xutt tajjeb għeleb lil Jan Oblak għal 1-0. Hekk kif il-partita dehret li kienet se tintemm f’rebħa għal Maċedonja ta’ Fuq, Domen Crnigoj, midfielder li għadu kemm rebaħ il-promozzjoni għas-Serie A fl-Italja ma’ Venezia, skorja l-gowl tad-dro għas-Sloveni, b’seba’ minuti fuq id-90 minuta.

Agħfas hawn biex tara l-aqwa siltiet tal-partita bejn il-Maċedonja ta’ Fuq u Slovenja.

Polonja vs. Russja 1-1

F’partita bejn żewġ timijiet li ftit tal-ġranet oħra se jkunu qed jilagħbu fil-Euro 2020, il-Polonja u r-Russja temmew fi draw ta’ 1-1 f’partita ta’ ħbiberija. Jakub Swaierczok fetaħ l-iskor għall-Polonja kmieni fil-partita wara assist tajjeb ta’ Przemyslaw Frankowski. Ir-Russi rreaġixxew u kien fl-20 minuta li ġabu l-iskor indaqs meta minn pass ta’ Aleksandr Golovin kien Viacheslaw Karavaev li għamilhom 1-1.

Agħfas hawn biex tara l-aqwa siltiet tal-partita bejn il-Polonja u r-Russja