Futbol Sport

Il-Portugall u l-Ġermanja fis-semifinali tal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena

(Ritratt: EPA)

Il-Portugall kisbu post mal-aħħar erba’ fejn wara l-ħinn barrani għelbu lill-Italja 5-3 f’partita mill-isbaħ. Wara biss sitt minuti bil-Portugall fuq l-offensiva kien DANY MOTA li bi ġmiel ta’ gowl għeleb lil Marco Carnesecchi. Bl-Italja tonqos milli tagħmel reazzjoni fil-31 minuta minn cross ta’ Daniel Braganca kien mill-ġdid DANY MOTA li rdoppja. Fl-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima minn corner ta’ Rovella kien Davide Frattesi li bir-ras xeħet lejn TOMMASO POBEGA li naqqas l-iskor għall-Italja 2 – 1. Fit-58 minuta minn azzjoni ta’ Diogo Queiros kien GONZALO RAMOS li għamel l-iskor 3 – 1 . Tletin sekonda wara iżda l-iskor sar 3 – 2 b’goal ta’ GIANLUCA SCAMACCA minn pass ta’ Davide Frattesi. Fis-87 minuta azzjoni mill-isbaħ ta’ Riccardo Sottil lejn PATRICK CUTRONE li għamel l-iskor 3 – 3 . Fil-91 minuta tkeċċa Lovato għall Italja bil-Portugall japprofittaw u fil-109 minuta minn pass ta’ Romario kien JOTA li skorja fir-rokna għall-4 – 3 Fil-119 il-minuta kien CONCEICAO li minn pass ta’ Romario għalaq il-partita 5 – 3 bil-Portugall fis-semi finali.

Il-Ġermanja wkoll għamiltha għas-semifinali fejn wara li l-partita ntemmet fi draw ta’ 2-2 sa wara l-ħin barrani, kienu l-Ġermanja li kwalifikaw wara l-għoti tal-penalties hekk kif rebħu 6-5 fuq id-Danimarka. Fid-69 minuta minn azzjoni ta’ Carlo Holse kien WAHID FAGHIR li għeleb lil Dahmen bid-Danimarka fil-vantaġġ. Żewġ minuti minn tmiem il-partita Germanja kisbet il-gowl tad-draw. Pass ta’ Lars Lukas Mai u kollox faċli għal LUKAS NMECHA biex jgħamel l-iskor 1 – 1. Bil-partita tmur fil-ħin barrani fil-100 minuta minn azzjoni ta’ David Raum kien JONATHAN BURKARDT li poġġa lil Ġermanja fil-vantaġġ.Fil-108 minuta għal foul ta’ Mai fuq Isaksen, penalty għad-Danimarka b’VICTOR NELSSON ma jfallix 2 – 2 . Il-partita marret għal ghoti tal-penalties bil-Ġermanja jiskorjaw sitt darbiet kontra l-ħames penalties skorjati mid-Daniżi.

Rimonta tal-Olanda fit-tieni taqsima, tathom kwalfikazzjoni b’rebħa ta’ 2-1 fuq Franza. Fit-23 minuta Franza fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Moussa Diaby kien DAYOT UPANECANO f’dak li kellu jkun l-uniku gowl matul l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima bl-Olanda fuq l-offensiva fil-51 minuta minn azzjoni ta’ Abdou Horroui kien MYRON BOADU li għeleb lil Meslier għal 1 – 1 . Fit-tielet minuta tal-ħin miżjud minn pass ta’ Justin Kluivert kien mill-gdid BOADU li għeleb lil Meslier bl-Olanda fis-semi finali.

F’partita bilanċjata kienu Spanja li ħarġu rebbieħa 2-1 fuq il-Kroazja biex b’hekk ukolli ngħaqdu mal-aħħar erba’. 0 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima. Fis-66 minuta minn pass ta’ Bryan Gill kien is-sostitut JAVIER PUADO li għeleb lil Semper biex poġġa lil Spanja fil-vantaġġ. Fir-raba’ minuta tal-ħin miżjud fawl ta’ Hugo Guillanon fuq Stipe Biuk. Penalty għal Kroazja b’LUKA IVANUSEC jgħeleb lil Fernandez. Bil-partita tmur fil-ħin barrani fil-110 minuta kien mill-ġdid JAVIER PUADO li minn azzjoni ta’ Marc Cucurella għeleb lil Semper għat 2 – 1.