Lokali Parlament

Is-settur pubbliku jrid ikun għas-servizz taċ-ċittadin u jelimina l-burokrazija

Joe Ellis, PN

Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis sostna fil-parlament li s-settur pubbliku jrid ikun għas-servizz taċ-ċittadin u jelimina l-burokrazija

Joe Ellis qal li l-iskop tad-direttiva tal-UE jinkludi wkoll is-settur ekonomiku u staqsa għaliex il-gvern ma daħħalx din id-direttiva qabel kif għamlu pajjiżi barranin billi fetħu dibattitu fis-soċjetà. L-informazzjoni tas-settur pubbliku hi kbira ħafna u għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd, hemm għall-akkademiċi kif ukoll għas-settur kummerċjali.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li d-direttiva trid tkun implimentat sas-16 ta' Ġunju 2021 u appella biex is-settur pubbliku jagħmel użu minn din id-direttiva.

Joe Ellis kompla li fis-settur pubbiku mhux kollox perfett għaliex hemm ħafna problemi b'nuqqas ta' riżorsi. Hu qal li l-Qorti ta' Għawdex hi bla ħaddiema waqt li f'Malta hemm problemi simili; f'ħafna postijiet kritiċi m'hemmx nies biżżejjed.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li s-settur pubbliku għandu juża t-teknoloġija għall-ġid taċ-ċittadin għandu juża' l-informazzjoni li diġà għandu flok jitlobha liċ-ċittadin. Jeħtieġ li l-burokrazija żejda tinqata', sostna Joe Ellis, li kompla li l-ħaddiema tal-parlament huma mill-iktar effiċjenti u għandhom ikunu l-mudell tas-settur pubbliku