Futbol Sport

It-tieni akkwist għal Barcelona fi ftit jiem

(Ritratt: EPA)

Barcelona ħabbru t-tieni akwwist tagħhom fi ftit jiem fejn wara li akkwistaw lil Sergio Aguero li ħalla lil Manchester City wara l-finali tal-UEFA Champions League kontra Chelsea, issa ħabbru li se jkunu qed jakkwistaw ukoll lid-difensur Spanjol Eric Garcia li se jkun qed jissieħeb ma’ Barcelona x-xahar id-dieħel meta jintemm il-kuntratt.

Garcia se jkun qed jiffirma kuntratt ta’ ħames snin ma’ Barcelona fejn se jkollu klawsola ta’ €400 miljun. Id-difensur ta’ 20 sena li huwa prodott tal-istess Barcelona kien issieħeb lil Manchester City fl-2017 fejn lagħab 35 darba bil-maġġoranza tal-partiti jilgħabhom fl-istaġun li għadda. Garcia se jkun ukoll parti mill-iskwadra ta’ Spanja fil-Euro 2020. Fil-jiem li ġejjin Barcelona mistennija wkoll iħabbru l-akkwist tal-midfielder Olandiż Georginio Wijnaldum.