Lokali

Iweġġa’ gravi wara li ħabat bil-karozza f’arblu

Arkivji

Raġel ta’ 57 sena residenti Bormla sofra feriti gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Qasam Industrijali ta’ Ħal Far, fil-limiti ta’ Birżebbuġa.

Għall-ħabta tat-3am, ir-raġel kien qed isuq il-karozza tiegħu, tat-tip Hyundai, u għal xi raġuni tilef il-kontroll, bil-vettura tispiċċa taħbat f’arblu tad-dawl.

Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ tim mediku b’Ambulanza, li ta l-ewwel għajnuna. Minn hemm, ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei, fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

(Ritratt: mill-Arkivji)