Il-winger Skoċċiż Josh Fleck irriżulta pożittiv għall-Covid 19 fil-kamp tal-Iskozja, biex b’hekk mhux se jkun qed jivvjaġġa mal-kumplament tat-tim għall-partita ta’ ħbiberija kontra l-Olanda, fil-Portugall.
L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Skoċċiż ħabbret li l-bqija tal-iskwadra u l-istaff tekniku kollha ħarġilhom riżultat negattiv. Fleck issa se jidħol f’perjodu ta’ iżolazzjoni skond il-protokolli tas-saħħa fi Spanja, fejn bħalissa qed jitħarreġ it-tim nazzjonali Skoċċiż.
//= $special ?>